Merlin Publishers

Mark Vella

Mark Vella kiteb X’Seta’ Ġralu lil Kevin Cacciattolo? biex ikun jista’ jissejjaħ kittieb, imma l-fatt li ma kiteb xejn aktar wara qed iġibu fid-dubju jistax jibqa’ jsejjaħ lilu nnifsu kittieb. Għalissa, jagħsar sal-aħħar qatra l-pubblikazzjonijiet sporadiċi tiegħu, fosthom żewġ novelli li dehru fuq Leħen il-Malti u biċċa kkumissjonata (li lestiha lejlet l-iskadenza, ovvjament) għal fuq Awguri, Giovanni Bonello. Għandu aspirazzjonijiet akkademiċi (sporadiċi) ukoll u ġabar in-novelli inediti ta’ Juann Mamo fl-antoloġija Ġrajja Maltija.

KOTBA

Ix-xirja Agħlaq