Mario Cassar

Mario Cassar jgħallem il-lingwistika u l-letteratura Maltija fil-Junior College tal-Università ta’ Malta u attwalment huwa l-president tal-Akkademja tal-Malti. Hu l-awtur ta’ Ir-Reqqa tal-Kitba (2000) u The Surnames of the Maltese Islands: An Etymological Dictionary (2003). Kiteb numru kbir ta’ artikli u papers f’diversi rivisti lokali u barranin fuq il-letteratura u l-ilsien Malti, u fuq l-onomastika u l-istorja ta’ raħal tfulitu, Ħal Luqa. Huwa koawtur ukoll ta’ żewġ kotba oħra: Il-Qari tal-Letteratura (2009) u L’ultima città musulmana: Lucera (Bari, 2012). Minkejja li r-riċerka akkademika tibqa’ l-passjoni ewlenija tiegħu, jinteressa ruħu sew fl-arti, il-mużika rock, iċ-ċinema, u l-football.

Kotba