
Maria Francalanza
Maria Francalanza tgħallem lit-tfal tal-Kindergarten — tagħrafha minn mil bogħod mix-xagħar aħmar nokkli tagħħa. U dak l-uniku mod biex tagħrafha minn oħtha t-tewmija. Maria tħobb taħdem mat-tfal u tkun parteċipi fil-proċess ta’ tagħlim tagħhom. Għandha passjoni għall-arti u tħobb tpinġi meta jkollha l-ħin. Meta ma tkunx qed tpinġi, issibha tikteb poeżiji għat-tfal, inkella tonfoq ġidha fi ħwejjeġ jew taqbad l-ewwel ajruplan lejn Londra.