Merlin Publishers

Marco Cremona

Il-fatt li Marco Cremona mhux l-itwal fost il-Maltin, probabbli wassal biex dejjem stina ruħu li jissupera l-limiti tiegħu, sa minn meta kien tifel, fejn irnexxa fl-iskola u fl-isports. Illum il-ġurnata huwa inġinier tat-trattament tal-ilma, idroloġist, attivist, riċerkatur u sportiv. Huwa ddisinja u bena dar, il-Mosta, li hi awto-suffiċjenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ilma u l-elettriku, u li tagħha rebaħ rikonoxximent internazzjonali. Marco ddisinja wkoll l-ewwel impjant fid-dinja li jikkonverti d-dranaġġ għal ilma potabbli — u ġie ffilmjat mill-BBC jixrob dak l-istess ilma. Eh bilħaqq, u rnexxielu wkoll jasal sal-quċċata tal-Everest.

KOTBA

Ix-xirja Agħlaq