Ludvic Azzopardi Ferrando

Ludvic Azzopardi Ferrando Belti. Wara li ggradwa fil-Malti ġab M.A. mill-Università ta’ Loughborough. Ħadem bħala assistent librar u għalliem tal-Malti, jiġifieri jaf jgħidlek fejn għandek tpoġġi l-kotba, l-għajn(għ) u l-hakka(h). Fl-2004 beda jaħdem il-Lussemburgu bħala traduttur mal-Kummissjoni Ewropea u wara mal-Parlament. Fil-ħin liberu, jiddeletta jsajjar, jara kemm jiflaħ futbol u series, jiltaqa’ ma’ sħabu u xi kultant, jikteb. Billi jgħix il-Lussemburgu u jħobb ħafna x-xemx u l-baħar, bil-lejl iqum jibki. Ix-xewqa tiegħu li l-Furjana jaqgħu 3rd division…e, u “world peace”.