Lizzie Eldridge hija kittieba, attriċi u għalliema Skoċċiża. Għandha PhD, għallmet it-teatru f’universitajiet Ingliżi għal 14-il sena, imma ġiet f’punt fejn xebgħet mill-akkademja u ġiet tgħix Malta fl-2008. Kitbet żewġ rumanzi, li wieħed minnhom – Vandalism (Merlin Publishers 2015) – ġie xxortlisjat għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2016. Għandha passjoni għal Federico García Lorca.