Kirsten Spiteri twieled fl-istess sena li ħarġet l-ewwel Street Fighter, dik li eventwalment saret is-sensiela ta’ video games favorita tiegħu. Trabba bejn Bormla u ż-Żejtun, u għalhekk jikkonsidra ruħu nofs-Bormliż nofs-Żejtuni, għalkemm illum il-ġurnata jgħix band’oħra. Kien jaf minn dejjem li xtaq isir kittieb. Ta’ 12-il sena, bagħat l-ewwel “kapolavur” tiegħu – dwar id-dinosawri – lir-rivista għat-tfal Sagħtar. Huwa supporter akkanit tal-Inter, u wieħed mill-ħafna ħolm tiegħu hu li jara lill-“Vecchia Signora” relegata għas-Serje C, għax fis-Serje B ġa raha.