Keith Borg

Keith Borg kien jobgħod jistudja l-letteratura, sa ma wasal is-sixth form. Imbagħad il-kliem beda jinvadilu moħħu u spiċċa fuq karti, tissues, biljetti tal-linja u fuq ħajt ta’ klabb f’Paceville. Fl-2017 ippubblika l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tiegħu, hemm qarsa fil-vers (Klabb Kotba Maltin). Qatt ma ried jaħdem fl-edukazzjoni imma ħadem f’numru ta’ boarding schools f’pajjiżi differenti. Iħobb jaqra, jgħum u jaqbad mal-kelb Timmy. Fl-2021 ippubblika l-ewwel antoloġija ta’ novelli tiegħu, Il-Parabboli tal-Imġienen (Merlin). Għadu mhux ċert xi jrid isir la jikber.