Joe Pace twieled il-Furjana, trabba Ħal Qormi, studja Birkirkara, iżżewweġ darbtejn u għex San Ġwann, Ħaż-Żebbuġ, Buġibba, il-Fgura u Ħal Għaxaq. Tabib, għaddas, attur, skier, vjaġġatur u futboler. Imbagħad ġew It-Tielet Teorija u Suq Għax Dalam u mal-lista żied awtur. Għandu żewġt itfal … jew erbgħa jew ħamsa jew sitta, skont lil min tinkludi. Inkredibbli x’tista’ ddeffes ġo erbgħa u ħamsin sena … u ija, mhux daqshekk xiħ wara kollox!