Jenny Wilson ġejja minn familja navali. Meta kienet tifla u adolexxenti għexet Malta, u baqgħet minn dak iż-żmien l’hawn imsaħħra wara dil-gżira. Saret ġurnalista u għal żewġ deċennji ħadmet mas-Sunday Times f’Londra, fejn għadha tgħix sal-lum. Tħobb il-qtates, il-cricket u l-mużika klassika. Hi u d-dinja diġitali mhumiex ħbieb, imma l-Merlin Publishers iħobbuni xorta waħda.