Ġorġ Mallia

Lil Ġorġ Mallia jagħrfuh mit-tbissima. Jgħidu li dejjem jitbissem, imma fil-fatt, kultant jikteb xi ktieb għat-tfal, ukoll (u jpenġi l-istampi fih hu stess), u kultant ikun il-kap tad-Dipartiment tal-Midja u l-Kommunikazzjoni tal-Università ta’ Malta. Iħobb ħafna l-komiks u ffissat fuq il-kotba. Jgħix Malta u l-iSvezja. L-hena tiegħu jpenġi u jirriċerka, u ma jħobb xejn aktar mill-kwiet u l-arja friska.

Kotba