George Cremona huwa senior lecturer fl-Università ta’ Malta u l-koordinatur tal-Ġermaniż u l-Media Literacy fil-Fakultà tal-Edukazzjoni. Imexxi diversi proġetti ma’ skejjel lokali, Ewropej u Ażjatiċi.
Fl-1999 beda jxandar u jipproduċi programmi għar-radju u għat-TV. B’dawn il-produzzjonijiet dejjem ifittex li jwassal l-istejjer tan-nies u jislet messaġġ edukattiv minnhom. Dan jagħmlu għax jemmen li f’kull bniedem hemm storja. Għal dan ix-xogħol ġie ppremjat diversi drabi fuq livell nazzjonali mill-Awtorità tax-Xandir u l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.