Francesco Grech

Francesco ma kienx jaf x’se jikteb għall-bio tiegħu għax għadu mhux ċert min hu. Infatti għalkemm għandu żewġ Masters, huwa biss ċert minn ħaġa waħda: li jrid imexxi s-soċjetà ’l quddiem permezz tal-kitba u l-mużika. Filwaqt li jiskopri hu min hu, qed jipprova jifhem aħjar x’soċjetà rridu nħallu għall-ġenerazzjonijiet futuri. Matul il-bqija tal-ġurnata, għandek mnejn issibu b’xi tazza nbid f’idu għaddej minn xi kriżi eżistenzjali.