Merlin Publishers

Elizabeth Grech

Elizabeth Grech hija traduttriċi u taħdem ma’ xjenzjati soċjali, NGOs u organizzazzjonijiet kulturali u artistiċi. Hija konsulenta maċ-CIHEAM, u tittraduċi wkoll għall-Franċiż testi letterarji fosthom xogħlijiet ta’ poeti u awturi Maltin kontemporanji bħal John Aquilina, Clare Azzopardi, Norbert Bugeja, Antoine Cassar, Adrian Grima u John Portelli. Ħafna mit-traduzzjonijiet tagħha ġew ippubblikati f’kotba, ġabriet ta’ poeżiji jew ġurnali letterarji. Tikteb ukoll poeżiji bil-Malti. Xi kitbiet tagħha dehru f’antoloġiji u rivisti. L-ewwel antoloġija ta’ poeżiji tagħha, bejn baħar u baħar, ġiet ippubblikata mill-Merlin Publishers.

Ritratt: Virginia Monteforte

KOTBA

Ix-xirja Agħlaq