Merlin Publishers

Dwayne Ellul

Dwayne Ellul trabba u għex l-Isla għal 26 sena u jibqa’ jgħid li hu minn hemm anke jekk mar jgħix xi mkien ieħor. Huwa librar u għalliem tal-Malti fi skola statali. Għal xi snin ra għajnejn studenti adulti jleqqu hu u jgħinhom jitgħallmu jiktbu u jaqraw bil-Malti. Kien parti minn bordijiet editorjali, mexxa diversi korsijiet u huwa editur u anki wieħed mill-kordinaturi tat-taqsima tal-glossarji fis-sit malti.mt tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università. Minflok flus, iġemma’ kemm jiflaħ sinonimi għat-teżawru tematiku tiegħu Kelma għal Kelma. Jaqra ħafna kotba li rari jkollhom qoxra – ikunu għadhom manuskritti – u b’biro ħamra f’idu jingassa, iżid u jnaqqas ’l hemm u ’l hawn biex kemm jista’ jkun joħorġu nodfa minn kull żball … imma mhux dejjem jirnexxilu. Hu u jaqra l-provi jew jaddatta xi ktieb għall-Malti, biex iserraħ ftit għajnejh u l-menti jħobb jintefa’ jedha mal-pjanti, għax dawk ma jmeruhx. Huwa miżżewweġ u għandu tifla.

KOTBA

Ix-xirja Agħlaq