David Aloisio huwa lecturer tal-lingwa u letteratura Maltija ġewwa l-Junior College tal-Università ta’ Malta. Qiegħed jirriċerka għal PhD mal-istess università, dwar Dialectic of the Canon: the Maltese Literary Context. L-interessi ta’ riċerka tiegħu jiffukaw fuq ir-relazzjoni – spiss waħda kunflittwali – bejn xogħlijiet letterarji u l-kif jiġu kkategorizzati, konxjament jew inkonxjament, mill-psike kollettiva f’listi informali jew anki f’kanoni letterarji.