Clinton Cassar

Clinton Cassar huwa edukatur ambjentali, b’interess speċjali fis-sostenibbiltà. L-impenn tiegħu hu li jimmotiva l-istudenti li jkunu huma l-bidla fid-dinja. L-indole kreattiva tiegħu tixprunah biex iħażżeż — anki jekk erba’ kelmiet jew skeċċ, li jafu mbagħad jimmaturaw f’test letterarju, investigazzjoni u riċerka jew xogħol artistiku. Ambizzjuż u perseveranti, Clinton ifittex li jagħmel sforzi kontinwi u jimbotta biex il-proġetti tiegħu jsiru realtà.