Clifford Jo Żahra, għalliem tal-Malti fil-livell sekondarju, huwa awtur ta’ Linji Sfużi (2014) u ta’ diversi xogħlijiet letterarji li dehru f’rivisti letterarji. In-novella tiegħu Tlett Ijiem u Wieħed kienet waħda mill-finalisti tal-proġett Flash Europa 28, u ġiet tradotta għall-Ingliż u ċ-Ċiniż. Matul is-snin kien involut fil-koordinazzjoni ta’ numru ta’ proġetti artistiċi fosthom Linji Sfużi (2014) u Daqqa t’Id (2016); kien elett fil-kumitat tal-Għaqda tal-Malti-Università (2013-2015); ippreżenta seminars u taħditiet ta’ natura lingwistika jew letterarja; u kiteb għadd ta’ kontenut u intervisti għal siti u rivisti varji.