Merlin Publishers

Claudia Gauci

Claudia Gauci għandha ritratt li ħadilha missierha meta kellha xi ħdax-il sena, fejn qiegħda ma’ ħutha nieżla t-taraġ tal-vapur t’Għawdex. Ħutha qed jidħku u jħarsu lejn il-kamera waqt li hi qed naqra ktieb. Ma tafx kif ma tgerbitx dak it-taraġ. Snin wara, għalliem tal-Malti s-sixth form ħeġġiġha tikteb ftit versi. Qabdet tħarbex u minn dakinhar ma waqaftx. Bl-ewwel ġabra ta’ poeżiji, Sekonda qabel tqum (Skarta, 2013), rebħet it-tieni premju fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

Ix-xirja Agħlaq