Merlin Publishers

Claudia Agius

Claudia Agius tħobb il-kotba għat-tfal, il-karti kkuluriti, l-għasafar u dak kollu li hu Taljan. Tħobb issajjar u speċjalment tiekol … sakemm ma jinqatlux annimali fil-proċess. Minn bidu b’inklinazzjoni speċjali lejn il-professjonijiet ta’ kura, Claudia eventwalment bdiet taħdem ta’ LSE u mbagħad wara t-tletin sena ddeċidiet li ssir għalliema għax il-klassijiet tal-primarja huma l-post ideali għal min jixba’ malajr mir-rutina … u għax qatt mhu tard wisq biex titgħallem iktar. Claudia għandha pjanijiet li ddur id-dinja, tiżra’ s-siġar u l-fjuri u li tgħix sa mill-inqas mitt sena.

KOTBA

Ix-xirja Agħlaq