Clarissa Sammut Scerri

Clarissa Sammut Scerri hija lettriċi fid-Dipartiment tal-Istudji tat-Tfal u l-Familja fl-Università ta’ Malta. Hija psikologa, terapista tal-familja u systemic supervisor, kif ukoll tmexxi l-kors tal-Master fit-Terapija tal-Familja u Systemic Practice. Il-qasam tar-riċerka tagħha jinkludi l-impatt tal-vjolenza domestika fuq il-membri tal-familja, partikolarment kif it-tfal jiġu affettwati meta jkunu qed jgħixu f’realtà ta’ familja fejn hemm il-vjolenza domestika.

Clarissa ppreżentat ir-riċerka tagħha f’varji konferenzi lokali u internazzjonali fosthom il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ewropa. Hija l-koawtriċi ta’ numru ta’ artikli kif ukoll il-ktieb “Intervening after violence: Therapy with couples and families” ma’ Arlene Vetere, Angela Abela u Jan Cooper.

Hija tħobb tintilef fin-natura, tqatta’ l-ħin mal-familja u mat-tlett iqtates u żewġt iklieb tagħha, tpinġi, tivvjaġġa u taqra.

Ritratt: The People of Malta