Merlin Publishers

Carmel Borg

Il-Professur Carmel Borg huwa awtur u ko-awtur ta’ kotba ppubblikati minn uħud mill-aktar djar ta’ pubblikazzjoni prestiġġjużi internazzjonalment, fosthom Routledge, Bloomsbury, Palgrave Macmillan u Rowman & Littlefield. Huwa l-editur fundatur tal-Malta Review of Educational Research u tal-Education Research Monograph Series, kif ukoll editur assoċjat ta’ diversi ġurnali edukattivi internazzjonali. Il-bażi tiegħu hi l-Università ta’ Malta, madankollu Borg huwa professur onorarju mistieden fl-Olanda, il-Litwanja u r-Renju Unit, u eżaminatur estern l-Irlanda. Spiss jagħti keynote speeches fl-Ewropa u lil hinn, u hu preżenza regolari fl-isfera pubblika. Meta ma jkunx qed jikteb jew jgħallem, issibu jimxi, jaqra u jara l-films u l-football.

Ix-xirja Agħlaq