Ħafna ma jobsrux li Audrey Friggieri tikkomunika mas-saħħara personali tagħha fil-forma ta’ qattusa, tkellem lill-pjanti, taqra ossessivament u hi ffissata f’li tfittex teżori moħbija. Tħobb tgħum, timxi fix-xita, speċjalment ħdejn il-baħar, u tħares lejn is-sema ċar billejl bit-tama li jaslilha xi sinjal minn “hemm barra”. Spiss issibha b’tazza nbid f’idha, jew inkella tiġri jew tilgħab it-tennis. Imma temmen li kull tant żmien tajjeb li tagħmel xi ħaġa tal-biża’.