Merlin Publishers

Anthony Portelli

Anthony Portelli tħarreġ fil-kitba tad-drama l-MTADA fl-1986. Illum huwa meqjus bħala veteran fil-kitba għat-teatru – kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż – b’numru ta’ rappreżentazzjonijiet imtella’ tul medda ta’ snin. Anthony rebaħ l-ewwel premju fil-konkors Francis Ebejer għad-dramm Ħajja mill-Ġdid fl-2001, mill-ġdid għar-radjudramm Kiesaħ u Biered fl-2011 u t-tieni premju bir-radjudramm Lippu d-Doggie (2012). Għat-television, Anthony tella’ tliet xogħlijiet qosra fis-sensiela “Stejjer Qosra” fuq One TV bl-isem Chalì, Rikba bla Ħlas u L-Invażjoni Bdiet. Ittella’ ukoll fuq TVM it-teledramm tiegħu Ħelsien. Id-drammi Il-Borg Pisani, Ċella Nru 5, Ħajja mill-Ġdid u r-radjudramm Kiesaħ u Biered ġew ippubblikati.

Anthony huwa l-akbar fost tlettax-il aħwa, joqgħod il-Fgura u issa nannu ta’ tlieta.

KOTBA

Ix-xirja Agħlaq