Amanda Zahra

Amanda Zahra, magħrufa aħjar bħala Mandy, hija Policy Officer dwar l-Edukazzjoni mal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u l-Intrapriża. Hija waħda mill-edukaturi fl-Għajn: National Water Conservation Awareness Centre r-Rabat. Amanda kitbet 4 kotba għat-tfal bil-Malti bħala parti mill-programmi edukattivi fl-Għajn Centre, u ktieb ieħor bl-Ingliż bħala parti mill-proġett ta’ Chadwick Lakes. Amanda tħobb il-yoga, tivvjaġġa u l-annimali li huma l-akbar passjoni tagħha. Hija voluntiera u membru tal-kumitat f’wieħed mill-akbar santwarji tal-qtates f’Malta. Kuljum wara x-xogħol tmur tgħin is-santwarju inkella x’aktarx issibha tmexxi lill-fur baby tagħha Shadow — rescue Pitbull li hu l-muża wara l-aktar proġett reċenti tagħha.