Alfred Sant attiv f’Malta, il-Belġju, u pajjiżi oħra fid-diplomazija, fl-amministrazzjoni publika, fil-politika Maltija u Ewropea, fil-konsulenza azjendali, edukattiva u kulturali, u fil-ġurnaliżmu. Kiteb drammi, fosthom Fid-Dell tal-Katidral, Mazzini: Iż-Żjara; rumanzi fosthom Silġ fuq Kemmuna u Bħal f’Dizzjunarju; u ppublika erba’ ġabriet ta’ rakkonti, l-aħħar wieħed fosthom Western.