Sa minn meta, ta’ tifel li kien, ra għall-ewwel darba l-film Neverending Story, Aleks Farrugia (1978) dejjem ħolom li jgħix fid-dinja maġika ta’ Fantastica. S’issa għadu ma rnexxilux. Minflok, iqatta’ l-iljieli jgħarrex id-dinjiet fantastiċi li joħloq bil-kitbiet tiegħu. Jammetti li l-akbar influwenzi fuq il-kitba tiegħu mhumiex affattu letterarji u li l-użu tal-kliem għalih huwa sostitut għall-għarfien limitat tiegħu tan-noti mużikali. Jispira ruħu, fil-fatt, minn Beethover, Mahler u Shostakovic, isib lil James Joyce boring immens, jogħxa fil-Cantos indeċifrabbli ta’ Ezra Pound u jħobb lil Ernest Hemingway u l-kitbiet kollha tiegħu, minbarra The Old Man and the Sea.