Claudine Slater

Bħala għalliema, Claudine Slater temmen li kull tifel u tifla għandhom dritt jitgħallmu bil-mod tagħhom, u li t-tagħlim tal-mindfulness jgħin immensament biex tinħoloq atmosfera konġenjali fil-klassi. Il-ħin liberu tagħha, Claudine tħobb tqattgħu mal-kelb u mal-familja tagħha (f’dik l-ordni), tagħmel il-ġojjellerija, taqra u żżid mal-kollezzjoni ta’ kotba l’għandha, u tivvjaġġa lejn postijiet naturali b’ħafna ħdura. Għandha mħabba partikolari għal dak kollu li hu Skoċċiż, bħal pereżempju tgħum fil-pixxini ta’ Skye jew timxi fil-Highlands.