Steve Bonello

Steve Bonello huwa artist bi predilezzjoni għal temi mhux tas-soltu, umoristiċi u xi kultant anki iżjed oskuri. Kellu żewġ eżibizzjonijiet ta’ xogħlijiet tiegħu fl-1988 u fl-1991 u kkontribwixxa xogħlijiet f’diversi eżibizzjonijiet oħra Malta u lil hinn. Huwa cartoonist għas-Sunday Times of Malta sa mill-1991, u mill-1992 sal-lum involva ruħu f’ħafna xogħlijiet ta’ illustrazzjoni ta’ kotba. Fl-2018, flimkien ma’ Marie Briguglio, Steve kien ko-awtur ta’ No Man’s Land – saga, frott ta’ ħafna riċerka, rrakkontata b’mod mhux tas-soltu dwar l-istorja ambjentali ta’ Malta fl-aħħar tletin sena, xogħol li jinkludi ’l fuq minn 200 mill-illustrazzjonijiet ta’ Steve fuq is-suġġett.