Ħelow!

U hawn hu … is-sit ġdid tagħna, grazzi għat-tim kreattiv ta’ idesign.com.mt li ħadu paċenzja bina u tawna sit bl-irkejjen u swali kollha li tlabniehom. Sit li nittamaw jista’ juri bl-aħjar mod ix-xogħol kollu li l-Merlin jippubblika.

U bħalma jiġri f’kull okkażjoni fejn il-mistednin jibdew jaslu anki waqt li l-aħħar irqaqat għadhom qed jitlestew … hekk aħna. Jiġifieri ħudu ftit paċenzja bina sa ma nnaddfu warajna u nqiegħdu l-aħħar ftit dettalji f’posthom. Imma sadattant ħossukom liberi li dduru dawra mas-sit – għandkom issibu l-katalgu kollu ta’ kotba ppubblikati mill-Merlin tul is-snin, u li magħhom se nkunu qed inżidu wkoll siltiet, reċensjonijiet u ħafna aktar kontenut biex ngħinukom tagħżlu bl-aħjar mod il-ktieb li jmiss għalikom.

U fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nerġgħu niftħu l-blogg tagħna flimkien ma’ sezzjoni ġdida: READ, fejn dejjem se ssibu xi ħaġa ġdida x’taqraw dwar id-dinja inkredibbli tal-kotba u tal-letteratura.

Narawkom!