Xmun ir-rakun għandu dar ġdida
Stejjer li jistgħu jinqraw lit-tfal kif ukoll mit-tfal. Stejjer ta' ħafna emozzjonijiet u immaġinazzjoni — perfetti biex it-tfal jikbru jħobbu l-qari u l-ħolm …
Xmun ir-rakun mar jgħix f'foresta ġdida u xejn ma kien kuntent. Ma seta' jara xejn milli kien jaf. Is-siġar, il-fjuri, l-irwejjaħ u anki l-annimali kienu differenti. Imbagħad darba, iltaqa' ma' Oscar u sħabu u bdiet avventura tal-ġenn.
Tema: il-biża' minn dak li hu ġdid, il-ħbiberija
Fittex il-kotba kollha f'din is-sensiela
