Riħ Isfel fuq it-TV
10/ 10/ 10
Ikklikkja Fuq ir-Ritratt Biex Tara l-Islideshow
Ir-rumanz għall-adolexxenti Riħ Isfel, kitba ta' Pierre J. Mejlak u rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, ġie adattat f'serje televiżiva fuq in-NET TV, produzzjoni ta' 26th Frame u direzzjoni ta' Charles Stroud.
Is-serje Riħ Isfel irriżultat li kienet l-aktar drama segwit fuq NET TV fl-istaġun kollu.
Il-ktieb Riħ Isfel huwa wieħed mis-suċċessi editorjali tal-Merlin, f'ġeneru tradizzjonalment 'diffiċli' għal-lingwa Maltija bħalma hi l-kitba għall-adolexxenti. Ippubblikat għall-ewwel darba fl-2007, Riħ Isfel kellu ristampa fl-2010.
