Attivitajiet
#abbozz 2014 Iddisinja qoxra ta' ktieb Merlin
01/ 10/ 14

Ikklikkja Fuq ir-Ritratt Biex Tara l-Islideshow

#abbozz Għażla ta’ Disinn tal-Qoxra: Regolamenti

 

  1. Biex tieħu sehem, għandek tibgħat dawn li ġejjin lil info@merlinpublishers.com, b’ #abbozz fis-suġġett tal-email, sa mhux aktar tard mit-3 ta' Novembru 2014:

    - id-disinn tal-qoxra, skont l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla hawn taħt u fil-brief, f’format PDF b’riżoluzzjoni għolja, inklużi l-crop marks,

    - id-dettalji tiegħek (isem, indirizz, email, numru tal-telefown).
     
  2. Biex ikun eliġibbli, id-disinn tal-qoxra jrid ikun konformi ma’ dawn ir-regolamenti u speċifikazzjonijiet t’hawn taħt:
     
  3. Inti mitlub toħloq disinn tal-qoxra għal manuskritt propost mill-Merlin, hekk kif imfisser fil-brief ipprovdut.
     
  4. Il-brief tal-proġett, li jinkludi d-dettalji kollha meħtieġa tal-manuskritt inkwistjoni, silta minnu, speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tħejjija tad-disinn, u files oħra, jista’ jinkiseb mingħand il-Merlin billi tibgħat email lil info@merlinpublishers.com fejn titlob kopja tal-#abbozz brief.
     
  5. Id-disinn tal-qoxra, jew varjazzjoni tiegħu, ma jistax ikun diġà ntuża, jew qiegħed fil-proċess li jintuża, għal kwalunkwe proġett ieħor kemm ta’ natura kummerċjali kemm edukattiva.
     
  6. Meta tissottometti d-disinn tal-qoxra għal din il-kompetizzjoni, inti qiegħed taċċetta dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    - erbgħa (4) minn fost id-disinji tal-qoxra sottomessi jintgħażlu, mit-tim ta’ produzzjoni tal-Merlin, għas-serata finali ta’ #abbozz,

    - id-disinjatur rebbieħ jingħata kummissjoni mill-Merlin Publishers, fi żmien tnax-il xahar (12) mid-data tat-tħabbir tar-rebbieħ, għal proġett ta’ disinn ta’ qoxra fuq manuskritt tal-għażla tal-Merlin (mhux neċessarjament l-istess wieħed tal-brief ta’ din il-kompetizzjoni),

    - dan il-proġett ikkummissjonat isir taħt id-direzzjoni tad-Direttur Artistiku tal-Merlin, u jkun suġġett għall-approvazzjoni finali tat-tim ta’ produzzjoni tal-Merlin,

    - id-disinjatur jitħallas għal din il-kummissjoni bir-rati u fit-termini konsweti tal-Merlin,

    - id-drittijiet tal-copyright tad-disinn tal-qoxra kkummissjonat lir-rebbieħ jibqgħu tad-disinjatur; premess illi l-Merlin Publishers iżommu d-drittijiet kollha li jutilizzaw dan id-disinn għal kwalunke skop ta’ promozzjoni kemm tal-ktieb inkwistjoni kemm b’mod ġenerali marbut mal-Merlin, kif ukoll id-dritt li jaddattaw l-istess disinn għal materjal promozzjonali.
     
  7. Id-deċiżjonijiet kollha relatati mal-kompetizzjoni #abbozz u mal-għażla tad-disinn tal-qoxra rebbieħ, kemm dawk meħuda mit-tim ta’ produzzjoni tal-Merlin kemm dawk meħuda mill-ġurija u mill-udjenza tul is-serata finali, huma deċiżjonijiet finali, u kwalunkwe problema ta’ natura teknika li tista’ tinqala’ waqt il-votazzjoni tul is-serata ma taffettwax il-validità tar-riżultat.
print
Merlin Jissuġġerixxi
Ikkuntattjana
Merlin Publishers
42, Triq Mountbatten,
Il-Blata l-Bajda HMR1574,
MALTA.

(+356) 21246472