Attivitajiet
#abbozz Issottometti l-manuskritt tiegħek issa!
06/ 09/ 13

Ikklikkja Fuq ir-Ritratt Biex Tara l-Islideshow

#abbozz Għażla ta’ Manuskritt: Regolamenti

 

  1. Biex tieħu sehem, għandek tibgħat dawn li ġejjin lil info@merlinpublishers.com, b’ #abbozz fis-suġġett tal-email, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2014:

    - il-manuskritt,

    - sinopsi,

    - nota qasira fejn tispjega għaliex, skont int, il-manuskritt tiegħek għandu jiġi ppubblikat, kif inhu differenti minn kotba oħra li hemm fis-suq, u għal min hu indirizzat,

    - id-dettalji tiegħek (isem, indirizz, email, numru tat-telefown), kif ukoll in-nom de plume li tixtieq tuża tul il-kompetizzjoni.

  2. Biex ikun eliġibbli, il-manuskritt irid ikun konformi ma’ dawn ir-regolamenti t’hawn taħt:

  3. M’hemmx restrizzjonijiet fuq ġeneru jew suġġett.

  4. Il-manuskritt irid ikun bil-Malti.

  5. Il-manuskritt irid jiġi akkumpanjat minn dikjarazzjoni tal-awtur fejn jikkonferma li huwa fil-fatt l-awtur tax-xogħol.

  6. It-tul rakkomandat hu ta’ bejn 18,000 u 35,000 kelma. Manuskritti iqsar minn 15,000 kelma ma jiġux ikkunsidrati.

  7. Il-manuskritt irid jintbagħat elettronikament, f’format .doc jew .docx, u bl-użu korrett tal-karattri Maltin.

  8. Il-manuskritt irid ikun għadu qatt ma ġie ppubblikat imkien, u jekk preżentement qiegħed jiġi kkunsidrat għall-pubblikazzjoni minn terzi, dan irid jiġi ddikjarat fl-applikazzjoni.

  9. Meta tissottometti l-manuskritt tiegħek għal din il-kompetizzjoni, inti qiegħed taċċetta dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    - tlieta (3) minn fost il-manuskritti sottomessi jintgħażlu, mill-bord editorjali tal-Merlin, għas-serata finali ta’ #abbozz,

    - tul il-kompetizzjoni dejjem se jintużaw in-noms de plume, ħlief fil-każ tat-tliet (3) manuskritti finalisti, fejn isem l-awtur jitħabbar waqt is-serata finali ta’ #abbozz,

    - l-awtur tal-manuskritt rebbieħ jiffirma kuntratt ta’ pubblikazzjoni mal-Merlin Publishers,

    - id-drittijiet tal-copyright tal-manuskritt rebbieħ jibqgħu tal-awtur, fil-parametri tat-termini u kundizzjonijiet konsweti fl-industrija, skont kif stipulat fil-kuntratt,

    - l-awtur tal-manuskritt rebbieħ ikun intitolat għall-ħlas ta’ royalties bir-rati u fit-termini konsweti tal-Merlin, dejjem skont il-kuntratt,

    - il-manuskritt rebbieħ jiġi ppubblikat mill-Merlin Publishers, skont it-termini u kundizzjonijiet konsweti tal-Merlin, f’format stampat jew elettroniku — jew fiż-żewġ formati — kif jiddeċiedi l-pubblikatur, fi żmien tnax-il xahar (12) mid-data tat-tħabbir tar-rebbieħ, u wara l-proċess konswet ta’ prepubblikazzjoni tal-Merlin li jinkludi fost l-oħrajn editjar, adattament għall-house style rules tal-Merlin, disinn u qari tal-provi,

    - l-awtur tal-manuskritt rebbieħ jaċċetta li jassisti tul il-proċess editorjali, u jkun disponibbli safejn possibbli għall-finijiet ta’ marketing u promozzjoni tal-ktieb.

  10. Id-deċiżjonijiet kollha relatati mal-kompetizzjoni #abbozz u mal-għażla tal-manuskritti, kemm dawn meħuda mill-bord editorjali tal-Merlin kemm dawn meħuda mill-ġurija u mill-udjenza tul is-serata finali, huma deċiżjonijiet finali, u kwalunkwe problema ta’ natura teknika li tista’ tinqala’ waqt il-votazzjoni tul is-serata ma taffettwax il-validità tar-riżultat.
print
Merlin Jissuġġerixxi
Ikkuntattjana
Merlin Publishers
42, Triq Mountbatten,
Il-Blata l-Bajda HMR1574,
MALTA.

(+356) 21246472