Attivitajiet
Is-Sriep … it-tnedija
20/ 10/ 12

Ikklikkja Fuq ir-Ritratt Biex Tara l-Islideshow

Wara ġimgħat ta' stennija, is-Sibt 20 t'Ottubru waslet it-tnedija tal-iżjed ktieb mistenni din is-sena: Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi. Tnedija li saret barra fi Strada Stretta, il-Belt. Konna qed nistennew numru ġmielu ta' nies, però l-attendenza - ta' madwar 350 ruħ - ħasdet anki lilna. Qatt ma rajna ġemgħa daqshekk folta ta' nies li ġew biex jiċċelebraw ktieb ġdid.

Il-bosta kummenti u r-reċensjonijiet li ġa daħlu huma tista' tgħid kollha pożittivi immens. Sriep qed jintgħoġob, qed jitqabbel ma' uħud mill-aqwa rumanzi li nkitbu bil-Malti. L-eżami tal-identità Maltija li fih, l-istorja, ix-xeni u l-atmosfera tat-tmeninijiet f'Malta, imma fuq kollox il-karattru prinċipali - Noel - li żgur se jitniżżel mal-lista tal-karattri memorabbli fil-letteratura Maltija.

Tul it-tnedija kien hemm naturalment l-awtur, Alex Vella Gera, jiffirma kopji tal-ktieb tiegħu. It-tim kollu tal-Merlin kuntent immens li x-xogħol tiegħu qiegħed jilħaq l-udjenza wiesgħa li tant jistħoqqlu.

It-tnedija kienet possibbli wkoll bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

print
Merlin Jissuġġerixxi
book
Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi
by 
Pubblikatur : Merlin
paperback
2012
€ 15.00
addtocart
book
Ramon u ż-Żerbinotti (pbk)
by 
  • Ġużè Stagno
Pubblikatur : Merlin
paperback
2008
€ 10.00
addtocart
book
It-Tielet Teorija
by 
  • Joe Pace
Pubblikatur : Merlin
paperback
2011
€ 10.00
addtocart
book
Il-Linja l-Ħadra
by 
Pubblikatur : Merlin
paperback
2007
€ 9.90
addtocart

Ikkuntattjana
Merlin Publishers
42, Triq Mountbatten,
Il-Blata l-Bajda HMR1574,
MALTA.

(+356) 21246472