Attivitajiet
Niltaqgħu | Is-Sitt Aħwa | 15 ta' Marzu
06/ 03/ 12

Ikklikkja Fuq ir-Ritratt Biex Tara l-Islideshow

Waslet serata oħra Merlin - did-darba waħda mis-sensiela Niltaqgħu, serata informali fejn niltaqgħu ma' ktieb ġdid fuq ftit inbid u pastizzi.

Wara s-suċċess tal-kotba It-Tielet Qamar u L-Aħħar Ħolma ta' John A. Bonello, kif ukoll il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, fl-aħħar se jiġi ppubblikat - il-Ħamis 15 ta' Marzu - l-aħħar volum fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat.

Is-Sitt Aħwa se jsolvi ħafna mill-misteri li nħolqu fl-ewwel żewġ volumi, fi ktieb fost l-aqwa li nkitbu fil-ġeneru. Avventura, fantasija, rewwixti fid-dlamijiet, bibien bejn dinjiet paralleli, Ħaġar Qim, kif ukoll il-logħob tas-sitt allat - allat kważi minsija imma li se jagħmlu r-ritorn tagħhom bil-qawwa f'dan l-aħħar volum.

It-Tielet Qamar, l-ewwel ktieb fit-triloġija, ukoll se joħroġ għall-bejgħ f'edizzjoni ġdida dakinhar stess.

Ejjew iltaqgħu magħna l-Coach & Horses, l-Imsida, nhar il-Ħamis 15 ta' Marzu mit-8.00pm 'l quddiem.

Kull kopja ta' wieħed mill-kotba fit-triloġija li tixtru waqt it-tnedija tissarraf f'xorb b'xejn. U, iva bilħaqq, f'Niltaqgħu se jkollna wkoll il-pastizzi speċjali u cult ta' Pastizzi Gourmet.

Aktar informazzjoni dwar it-tnedija fil-paġna Facebook.

Tnedija parallela online

Biex nibqgħu fit-tema ta' dinjiet paralleli, u għall-ewwel darba fi tnedija Merlin, is-serata se tkun qed isseħħ simultanjament f'żewġ dimensjonijiet: il-Coach & Horses, u online. Waqt is-serata, tellgħu tweets u ritratti live bil-hashtag #6ahwa, u twitterer wieħed minnkom jirbaħ sena kotba Merlin b'xejn.

Kundizzjonijiet japplikaw:

- live-tweets (kliem jew ritratti) jridu jittellgħu waqt is-serata

- tweets iridu jinkludu l-hashtag #6ahwa, u jridu jkunu 'public' ('pubbliċi')

- it-twitterer rebbieħ jiġi kkuntattjat tramite messaġġ privat fuq twitter, biex jagħtina l-kuntatti tiegħu fejn jixtieq jirċievi l-premju

- il-premju jikkonsisti f'sena pubblikazzjonijiet Merlin b'xejn, liema sena tibda mill-15 ta' Marzu 2012. Ir-rebbieħ jirċievi kull pubblikazzjoni ġdida Merlin (minbarra kotba tal-iskola) hekk kif toħroġ, bil-posta f'indirizz tal-għażla tiegħu f'Malta jew Għawdex

- tweets jistgħu jittellgħu minn kullimkien, madankollu l-kotba tal-premju jistgħu jintbagħtu biss f'indirizz Malta jew Għawdex

print
Merlin Jissuġġerixxi
book
L-Aħħar Ħolma: It-tieni volum
by 
Pubblikatur : Merlin
paperback
2010
€ 12.00
addtocart
book
It-Tielet Qamar: L-ewwel volum
by 
Pubblikatur : Merlin
paperback
2008
€ 12.00
addtocart
book
Is-Sitt Aħwa: It-tielet volum
by 
Pubblikatur : Merlin
paperback
2012
€ 12.00
addtocart
book
Inżul ix-Xemx
by 
  • Rita Saliba
Pubblikatur : Merlin
paperback
2011
€ 9.00
addtocart
Ikkuntattjana
Merlin Publishers
42, Triq Mountbatten,
Il-Blata l-Bajda HMR1574,
MALTA.

(+356) 21246472