Attivitajiet
Dak li l-lejl iħallik tgħid
22/ 06/ 11

Ikklikkja Fuq ir-Ritratt Biex Tara l-Islideshow

Meta ġie ppubblikat Qed Nistenniek Nieżla max-Xita ta' Pierre J. Mejlak, is-suċċess kritiku u kummerċjali tal-ktieb mar kontra kull aspettattiva ta' bejgħ ta' ġabriet ta' stejjer qosra f'Malta. Il-ktieb wera l-letteratura Maltija fl-aqwa tagħha, tant li stejjer minnu u l-awtur irrappreżentaw lil Malta f'diversi festivals internazzjonali, intużaw waqt okkażjonijiet politiċi kif ukoll inqalbu għall-Ingliż, il-Katalan, il-Franċiż, il-Portugiż, l-Għarbi, l-Ispanjol u t-Taljan.

Wara sentejn stennija, il-Merlin fit-22 ta' Ġunju ppubblikat Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid, il-ktieb il-ġdid ta' Mejlak. It-tnedija saret waqt serata unika fl-ambjent raffinat u eleganti tal-Palazzo Falson Historic House Museum, l-Imdina. Ġo Palazzo ppakkjat nies, seba' mistednin speċjali ġew mistiedna jikkummentaw l-epostcards tal-ktieb li tant għamlu suċċess fuq l-internet, u jabbinaw kull waħda ma' storja partikolari ta' Mejlak. 

F'Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid tinħass vena iżjed matura u riflessiva, imqabbla mal-eċitament taż-żgħożija ta' Xita. Jispazja minn stejjer bħal L-Ambaxxatriċi, fejn is-sess każwali jitqiegħed fuq pedestall, għal stejjer intimi u klawstrofobiċi bħal Riħitu, għal Nixtieq ngħajjat lil Samirah, forsi l-iżjed storja ta' mħabba mwiegħra qatt miktuba bil-Malti. Din tal-aħħar rebbħet lil Mejlak is-Sea of Words Short Story Award fl-2009, kompetizzjoni bejn 'il fuq minn 200 awtur minn 40 pajjiż Ewropew u mil-Lvant Nofsani.

print
Merlin Jissuġġerixxi
book
Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid
by 
  • Pierre J. Mejlak
Pubblikatur : Merlin
paperback
2011
€ 12.00
addtocart
book
Qed Nistenniek Nieżla max-Xita
by 
  • Pierre J. Mejlak
Pubblikatur : Merlin
paperback
2009
€ 12.00
addtocart
book
45
by 
  • Charles Casha, 
  • Loranne Vella, 
  • Carmel G. Cauchi
Pubblikatur : Merlin
hardback
2009
€ 18.99
addtocart
book
Riħ Isfel
by 
  • Pierre J. Mejlak
Pubblikatur : Merlin
paperback
2007
€ 8.00
addtocart

Ikkuntattjana
Merlin Publishers
42, Triq Mountbatten,
Il-Blata l-Bajda HMR1574,
MALTA.

(+356) 21246472