Attivitajiet
Id-debutt ta' Joe Pace bir-rumanz It-Tielet Teorija, fil-Fiera tal-Ktieb
10/ 11/ 11

Ikklikkja Fuq ir-Ritratt Biex Tara l-Islideshow

Awtur ġdid ingħaqad mal-lista ta' kotba Merlin bl-ewwel rumanz tiegħu, It-Tielet Teorija. Il-ktieb ta' Joe Pace tnieda fuq l-istand tal-Merlin waqt il-Fiera tal-Ktieb 2011.

Ir-rumanz jittratta, b'umoriżmu punġenti u iswed, perjodu fil-ħajja tal-protagonist li jaħdem bħala tabib l-isptar binhar, u jirreċta fis-serje televiżivi billejl. Il-vuċi narrattiva ta' Pace hi waħda oriġinali u differenti minn ħafna mir-rumanzi li naqraw, u l-ktieb hu wieħed minn dawk li tibda taqra u ma titlaqx minn idejk qabel tispiċċah.

It-Tielet Teorija tnieda fuq l-istand tal-Merlin fil-Fiera tal-Ktieb, fejn il-mistednin semgħu siltiet mill-ktieb jiġu interpretati mill-awtur stess flimkien ma' Shirley Blake u Rachel Portelli.

Dan kollu, fi sfond ta' nbid, pastizzi u truffles, filwaqt li l-awtur kien preżenti biex jiffirma kopji tal-ktieb.

It-Tielet Teorija diġà rċieva reċensjonijiet tajbin ħafna mingħand diversi kritiċi fil-midja, u jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet kollha.

print
Merlin Jissuġġerixxi
book
It-Tielet Teorija
by 
  • Joe Pace
Pubblikatur : Merlin
paperback
2011
€ 10.00
addtocart
book
Six-pack u sonża
by 
Pubblikatur : Merlin
paperback
2011
€ 11.00
addtocart
book
Magna™ Mater
by 
  • Loranne Vella
Pubblikatur : Merlin
paperback
2011
€ 11.00
addtocart
book
Deformity
by 
  • Simon Bartolo
Pubblikatur : Merlin
paperback
2011
€ 11.00
addtocart

Ikkuntattjana
Merlin Publishers
42, Triq Mountbatten,
Il-Blata l-Bajda HMR1574,
MALTA.

(+356) 21246472