John A. Bonello
book

John A. Bonello twieled fl-1976. Trabba f'Ħad-Dingli u llum jgħix fid-dar tan-nanniet tiegħu flimikien ma' martu Karen u wliedu Luke u Ben. Studja minn kollox, fost l-oħrajn suġġetti bħal Arti, Lingwi, Disinn u fl-aħħar speċjalizza fl-Informatika.

L-ewwel novella tiegħu kitibha meta kellu ħmistax-il sena iżda baqa' jżommha fil-kexxun. Minbarra li jqatta' ħin mal-familja, John iħobb imur jimxi kuljum fuq l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli fejn isib l-ispirazzjoni għall-kitbiet tiegħu, jaqra kemm jista', jħobb jisma' l-mużika rock u jekk jibqa' ħin jara l-aħħar films fil-ġeneru tal-fantażija u fantaxjenza. Isib li l-aħjar ħin biex jikteb huwa bil-lejl, fis-skiet, meta l-bqija tad-dinja tkun rieqda.

ritratt: Kenneth Borg