Mark Camilleri
book

Mark Camilleri twieled u trabba l-Mosta fl-1977 fejn gћadu jgћix sal-lum. Iggradwat fl-Istorja bil-Baċellerat tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta u ilu jgћallem gћal dawn l-aћћar tnax –il sena fejn fil-preżent huwa gћalliem fi skola primarja tal-Istat. Sa minn ċkunitu ћabb il-qari u l-kitba ta’ poeżiji jew stejjer qosra.

Bejn pitazz u ieћor jirnexxielu jsib ċans jikteb regolarment rumanzi jew novelli polizjeski inkella xi xogћol gћal kotba tat-tfal. Fl-2009 kellu l-ewwel storja qasira, Gallo, ippubblikata fil-kollezzjoni 45 li fiha introduċa mal-qarrejja lill-Ispettur Victor Gallo. Sena wara kien imiss Prima Facie – ir-rumanz debuttanti tiegћu – li fih laqqagћna mill-ġdid mal-Ispettur aktar fil-fond u li minnu twieled l-ewwel book video li qatt sar Malta. Sadanittant xi xogћlijiet qosra tiegћu, fil-forma t’aћbarijiet ta’ ġrajjiet kurrenti, jinsabu f’2.mt - ktieb maћsub gћall-istudenti tat-tieni sena fis-sekondarja. Bħalissa gћaddej jaħdem fuq it-tieni rumanz mis-sensiela tal-Ispettur Gallo li mistenni joћroġ kmieni s-sena d-dieћla. 

ritratt: Kenneth Borg