Leanne Ellul
book

Leanne Ellul (1989-) tikteb poeżiji, proża u anke drammi. Minbarra li tgħallem fi skola sekondarja, bħalissa qed tkompli bir-riċerka tagħha fil-livell ta' MA fil-lingwistika Maltija. Fl-2010, dehret l-ewwel poeżija tagħha fl-antoloġija Sekwenzi ta' Tluq. Kitbiet oħra tagħha dehru fil-ġurnal L, Leħen il-Malti, le monde n’est pas ronde u gazzetti u rivisti oħrajn.

Ħadet sehem f’diversi serati letterarji fosthom Minn fommna 'l barra; l-ewwel serata li fiha qraw kittieba nisa biss. Bħalissa qed issegwi kors tal-kitba ma' The Writers Bureau; premju li ngħatalha wara li rebħet kompetizzjoni letterarja organizzata minn The Writers Club. Fl-2013 rebħet l-ewwel post tal-Premju Francis Ebejer u ngħatat ukoll rikonixxment speċjali. Hija l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Għaqda tal-Malti li fi ħdanha tikkordina diversi korsijiet tal-kitba kreattiva għal etajiet differenti. Flimkien ma' Kit Azzopardi tikkordina l-inizjattiva kulturali KUL.